| 1 |
Xidew il-qada, ja ġirieni, talli nħadditkom, Ma nsab fil-weri u la nsab f’għomorkom Qalb m’għandha ħakem, sultan u la mula Bir imgħammiq irmietni, b’turġien muħsula, Fejn ħajran għall-għarqa, ninżel f’taraġ minżeli Nitla’ u nerġa’ ninżel dejjem fil-baħar il-għoli. |
| 2 |
Waqgħet hi, imrammti, l’ili żmien nibni, Ma ħtatlix mgħallmin, ’mma qatagħli tafal merħi; Fejn tmajt insib il-ġebel, sibt tafal merħi; Waqgħet hi, imrammti. Waqgħet hi, imrammti, niżżlet hi s-sisien, Ma ħtatlix l-imgħallmin, ’mma qatagħli l-ġebel; Fejn tmajt insib il-ġebel, sibt tafal merħi;. |
| 3 |
Waqgħet hi, imrammti, l’ili żmien nibni. U hekk waqgħet hi, imrammti! w erġa’ ibniha! Biddilha inti l-imkien illi jewtiha; Min ibiddel l-imkien ibiddel il-vintura; Għaliex l-iradi għal kull xiber sura: Hemm art bajda, w hemm art sewda u ħamra. Aktar minn hedawn hemm trid minnha tmarra. |
| 4 |
Lil din l-art ħelwa, l-Omm li tatna isimha, Ħares, Mulej, kif dejjem Int ħarist: Ftakar li lilha bil-oħla dawl libbist. Agħti, kbir Alla, id-dehen lil min jaħkimha, Rodd il-ħniena lis-sid, saħħa ’l-ħaddiem: Seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem. |
| 5 |
Qum mill-ħedla li ’l qalbek mewtitlek, Ġens ta’ ħila, ta’ għaqal, ta’ ġieħ; Poplu Malti, ix-xemx telgħet, sejħitlek; Aqbad triqtek lejn xefaq sabiħ. Ma tħosshiex ġewwa sidrek il-mewġa ta’ demm ġdid li f’saħħitha ssaffik? Ma tħosshiex tilgħab f’wiċċek il-fewġa Tal-ħelsien li ħajja oħra tagħtik? |
| 6 |
Dan hu l-jum u din is-siegħa; Issir l-għaqda, isir il-patt; ’Kk ma taqbdux fil-ħarba tiegħu, Dan iż-żmien ma jerġa’ qatt. Kisser l-għodda ta’ l-għira ġellieda, Iftaħ qalbek għall-kelma tas-sliem; Għalenija, m’hemmx ifrem mir-rieda, Iżda mqassma, tintilef fil-kliem. |
| 7 |
Għandek mera fil-ljuni qalbiena Illi tqabdu mal-Mislem magħdub; Kienu ftit, u kien għadu bla ħniena, Iżda rebħu bil-għaqda tal-qlub. Dan hu l-jum u din is-siegħa; Issir l-għaqda, isir il-patt; ’Kk ma taqbdux fil-ħarba tiegħu, Dan iż-żmien ma jerġa’ qatt. |
| 8 |
X’kien li laqqgħana f’din id-dar hekk ħiemda Inti forsi ma tafx, għasfur lelluxi; u anqa taf il-għaliex, meta jien noħroġ Għax-xogħ’l fil-għodu, il-bieb niġbed warajja u bil-moftieħ insakkru, u l-beda mixi u l-ebda nifs ma tisma’, qabel narġa’ Indawwar il-moftieħ u nidħol jiena. |
| 9 |
Aħjar għalik ma tafx; hekk ebda sehem F’għommti ma tieħu, u bejn il-jiem u l-iljieli Tgħaddi bla niket xejn il-ħajja tiegħek. Kif jibda jroxx id-dawl narak tistenbaħ, Għasfur lewn il-lellux, u ċ-ċkejkna rasek Toħroġ minn taħt il-ġwienaħ fejn tkebbibha Awl il-lejl,. |
| 10 |
Meta x-xemx tinżel u int tiskot u titħejja biex torqod; dlonk tmedd riġlek fuq il-qasba ħdejn l-ieħor u titfarfar, Tinżel tnaqqar xi qanba u fis il-ħlewwa ta’ leħnek tibda ddoqq ġewwa widnejja li kulma tmur titqawwa. Iżżiġġ u taqbeż Bejn għanja u oħra u mal-ħadid li jagħalqek. |
| 11 |
Taqbad bir-rqaq difrejk, u terħi u tarġa’ Għal fuq qasba bla ma tehda ; u l-ħeffa ta’ riġlejk u ġwenħajk, il-ħarsa, il-għanja Juru li kulma fik hu hena u saħħa. Bi ħlewwa li ma bħalha tħares lejja Meta nersaq niex nagħalfek. Int tagħrafni, Nifhmu wisq tajjeb;. |
| 12 |
U għalhekk taħmilni, Bla ma titnaffar xejn, niftaħ il-bieba Tal-qafas tiegħek u l-kejliet inneħħi Ta’ l-ikel u tax-xorb biex nimlihomlok; u b’għajta sħiħa, donnok trid tiżżini Xi ħajr talli ħsibt fik, tarġa’ tilqagħni Meta nagħlaq il-bieba u nerġa’ ndendlek F’dik in-naħa tad-dar fejn bard ma jaħqrek. |
| 13 |
U ftit tax-xemx iżżurek. Għalxejn nersaq Xi drabi ħiemed fuq subgħajn riġlejja Biex naqbdek rieqed jew għażżien; minn tlugħek, Ja xemx, sa nżulek, l-ebda serħ u l-ebda Għeja ma tagħmel bik. Xi ġmiel ta’ ħajja, Tgħix bla ma taħseb x’ikun għada u liema Għilt u ġlied qed isir barra minn darek!. |
| 14 |
Iżda ma ngħirx għalik, għasfur lelluxi, Għalkemm ħajtek togħġobni. Iżjed fil-għoli Mill-ħajja ta’ din l-art it-tama tiegħi. Naf illi bosta drabi l-ħobż li niekol Huwa mxarrab bid-dmugħ, u flok il-kelma, Xi darba bla ma rrid, toħroġ tnehida, Għaliex fejn żrajt il-ward kiber bil-kotra Xewk u għolliq. |
| 15 |
U min bi mħabbtu safja Sata’ jsabbarni, intemm qabli ġo qabar; Imma naf illi d-dmugħ miżrugħ fid-dinja Irodd ferħ fis-smewwiet, u wara dina Il-ħolma li ngħidulha ħajja, tiġi Il-qawma mill-imwiet fid-dawl ta’ dejjem. Hekk ngħixu mela t-tnejn, għasfur lelluxi: Int hieni bik innifsek u bi mħabbti’. |
| 16 |
Quddiem Xbiha tal-Madonna. Hekk kont sabiħa meta rajtek darba F’ħolma, fil-hena taż-żgħurija tiegħi; Kont rieqed waħdi f’sodda ċkejkna, mwarrba, u Int mis-sema nżilt u qgħadt ftti miegħi. Sbiħ il-jum, għejb ix-xemx, flimkien imxierka, M’għandhomx lewn ħelu bħal wardiet ħaddejk;. |
| 17 |
Tisboq kull dija tas-smewwiet, o Mbierka, Il-leħħa rżina minn ta’ ħbub għajnejk. Warda li tbexxaq fiż-żernieq ta’ Mejju Tixbaħ id-daħka ta’ xofftejk, ħanina, Fil-ħin li miegħek tħaddan, tfajjel ħlejju, Il-kbir Feddej, li bata u miet għalina. |
| 18 |
Għajnejh miksura f’nagħsa ħiemda, iserraħ Ġesù fuq sidrek ir-ras tiegħu żgħira, Minn qalbu għal qalbek ġid is-sema jferraħ... Ma’ dwarek l-anġli b’qima jħarsu b’għira. Imbierka l-id illi pinġietek! Dija Serqet lill-kwiekeb, ġmiel lill-ward tal-ġonna. |
| 19 |
U bih libbsitek, o b’kull ħajr mimlija, Sultana tas-smewwiet, ħelwa Madonna. Hekk kont sabiħa, jien niftakar sewwa, Meta fil-ħolma ta’ żgħuriti lmaħtek; T’għajnejk, ta’ fommok kienet din il-ħlewwa; u jien fi mħabbti bl-isem t’omm sejjaħtlek. |
| 20 |
Tistieden liż-Żgħażagħ. Għal Inizjattivi u Kompetizzjonijiet bi Premji. Bħala parti mill-ħidma ta’ prevenzjoni, qed tniedi Klabb għaż-Żgħażagħ ta’ bejn 13 u 30 sena fuq l-istess stil tal-klabb għal familja li diġa qed jitmexxa mill-istess NGO bil-kollaborazzjoni ta’ Kunsilli Lokali. |
| 21 |
Il-klabb għaż-żgħażagħ se jkun jitmexxa minn żgħażagħ fi ħdan HPM4HC u bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il-klabb jiftaħ għal 3 siegħat darba fil-ġimgħa. Waqt kull laqgħa ssir taħdita qasira u diskussjoni li tinvolvi liż-żgħażagħ ukoll. |
| 22 |
Ikun hemm instructors preżenti, uħud minnhom żgħażagħ, avukati u professjonisti mill-ħarsien soċjali biex igħinu liż-żgħażagħ mhux biss jagħrfu u jiżviluppaw it-talenti tagħhom, imma wieħed isib min jisimgħu u jifhmu. Ikun hemm possibiltà li wieħed isegwi online. |
| 23 |
Kompetizzjonijiet jinkludu: - Letteratura essej ta’ madwar 1000 kelma bit-tema: "Trobbija pożittiva"; - Drama att wieħed qasir bit-tema: "Trobbija mil-lenti tat-tfal żgħażagħ"; - Żfin għal mużika moderna bit-tema: "Is-Sabiħ tal-Prevenzjoni mill-Vizzji";. |
| 24 |
- Mużika u lirika bit-tema Valuri li jżommu familja ħienja; - Arti (Pittura, Skultura u Artiġjanat ieħor) bit-tema: "Tfal Ferħana"; - Jintlaqgħu nominazzjonijiet għal Żagħżugħ/a Eżemplari. Dawk interessati jipparteċipaw għandhom jibgħatu SMS jew japplikaw online; sa mhux aktar tard mill-15 t’Awissu 2021. |
| 25 |
Wirja f’Dar Christine, Ċentru ta’ kenn u terapija intenzjonat li eventwalment jagħti appoġġ għall-ġenituri u t-tfal f’każijiet ta’ PA. HP-M qed tistieden lill-pubbliku għal Open Day u Wirja tal-Arti f’ “Dar Christine” Triq Wistin Camilleri, Victoria, Għawdex. |
| 26 |
Iċ-Ċentru ta’ kenn u terapija Dar Christine huwa maħsub biex eventwalment joffri appoġġ lill-familji f’każijiet ta’ PA. PA hu meta t-tfal jiġu mdawra kontra ġenitur mingħajr ġustifikazzjoni. Jekk ma titteħidx azzjoni f’waqtha, ġenitur ġieli jiġi mġiegħel joħroġ mid-dar bi ftit jew xejn aċċess għat-tfal. |
| 27 |
Il-vittmi jirrikorru għand avukat/i bit-tama li tiġi żvelata l-verità. PA taffettwa razez u s-sessi madwar id-dinja u taffettwa fid-diversi livelli tas-soċjetà. L-NGO tagħti appoġġ lill-vittmi tal-PA permezz ta’ support group fil-preżenza t’avukati u professjonisti mill-Ħarsien Soċjali. |
| 28 |
Il-ġenituri jingħataw ukoll counselling sessions individwali, ikel u oġġetti oħra essenzjali, u eventwalment se tingħata terapija speċjalizzata. HP-M tappoġġja l-ewwel programmi ta’ terapija ta’ rijunifikazzjoni f’Malta. L-Instructors tal-NGO se jkunu preżenti waqt l-Open Day bejn il-4pm - 8pm. |
| 29 |
Għal dawk li jixtiequ aktar tagħrif rigward il-kompetizzjonijiet taż-żgħażagħ li qed jiġu estiżi għal 15 t’Ottubru 2021. Kompetizzjonijiet jinkludu: - Letteratura essej ta’ madwar 1000 kelma bil-Malti jew bl-Ingliż bit-tema: "Trobbija pożittiva"; - Drama att wieħed qasir bit-tema: "Trobbija mil-lenti tat-tfal żgħażagħ";. |
| 30 |
- Żfin għal mużika moderna bit-tema: "Is-Sabiħ tal-Prevenzjoni mill-Vizzji"; - Mużika u lirika bit-tema "Valuri li jżommu familja ħienja"; - Arti (Pittura, Skultura u Artiġjanat ieħor) bit-tema: "Tfal Ferħana"; - Jintlaqgħu nominazzjonijiet għal Żagħżugħ/a Eżemplari;. |
| 31 |
Louise Weiss kienet l-ixjeħ membru tal-Parlament meta mietet fl-1983 fl-età ta’ 90 sena. Aktar tard, il-Parlament semma’ l-bini prinċipali tiegħu fi Strasburgu għaliha b’rikonoxximent għall-appoġġ tul ħajjitha kollha għall-valuri Ewropej. |
| 32 |
Monnet iddikjara: “Mhux se jkun hemm paċi fl-Ewropa, jekk l-istati jiġu rikostitwiti abbażi tas-sovranità nazzjonali... Il-pajjiżi tal-Ewropa huma żgħar wisq biex jiggarantixxu lill-popli tagħhom il-prosperità u l-iżvilupp soċjali meħtieġa. |
| 33 |
Attiva fil-politika minn età żgħira, Ylva Anna Maria Lindh kienet waħda mill-aktar figuri influwenti fil-politika Żvediża moderna. Imwielda fl-1957, Lindh studjat il-liġi fl-Università ta’ Uppsala qabel ma ġiet eletta fil-Parlament fl-1982. |
| 34 |
Din tqieset bħala kisba sinifikanti, u l-liġi saret magħrufa bħala “la loi Veil”. Hekk kif il-karriera politika tagħha fi Franza kompliet timxi ’l quddiem, hija impenjat ruħha aktar favur l-idea ta’ Ewropa ħielsa mill-kunflitt u l-oppressjoni. |
| 35 |
Il-fehma ta’ Adenauer li relazzjoni b’saħħitha bejn il-Ġermanja tal-Punent u Franza tista’ tkun il-bażi għal paċi u stabbiltà dejjiema fl-Ewropa wasslet għall-iffirmar tat-Trattat ta’ Élysée fl-1963, magħruf ukoll bħala t-Trattat ta’ Ħbiberija. |
| 36 |
Tal-ħniena u tal-libertà kien li “jinbnew tip ta’ Stati Uniti tal-Ewropa”. Huwa biss b’dan il-mod li mijiet ta’ miljuni ta’ ħaddiema ddedikati jistgħu jerġgħu jibdew igawdu l-affarijiet sempliċi u t-tama li jagħmlu l-ħajja waħda ta’ min jgħixha.”. |
| 37 |
Iżda Beyen kien jemmen li kien il-mument biex wieħed jimbotta għal kooperazzjoni saħansitra akbar bejn in-nazzjonijiet Ewropej. Il-pjan tiegħu kien jinvolvi l-kunċett li kienet meħtieġa integrazzjoni sħiħa, mhux biss fil-qasam tal-faħam u l-azzar. |
| 38 |
Bi skarsezza kbira ta’ ikel u bi kriżi lesta biex tfaqqa’, Mansholt ħa għadd ta’ miżuri biex jirrestawra l-provvisti tal-ikel malajr, iżda fl-istess ħin fehem il-ħtieġa li tiġi modernizzata l-agrikoltura sabiex jiġu evitati nuqqasijiet fil-ġejjieni. |
| 39 |
Li, fl-1941, kitbu flimkien il-Manifest ta’ Ventotene “għal Ewropa ħielsa u magħquda”, ġeneralment meqjus bħala l-punt tat-tluq għall-federaliżmu Ewropew. Il-manifest kien pjan ta’ azzjoni għal Unjoni Ewropea demokratika li setgħet tinħoloq wara l-gwerra. |
| 40 |
Mercouri malajr saret waħda mill-aktar mexxejja prominenti tal-moviment espatrijat li ried iwaqqa’ l-ġunta, bil-konsegwenza li ċ-ċittadinanza Griega tagħha ġiet revokata mill-Brigadier Ġeneral Stylianos Pattakos. Ir-risposta famuża tagħha għal dan kienet. |
| 41 |
Din il-proposta ġiet aċċettata u l-President Franċiż għamlu intermedjarju ekonomiku. Wara li wera kapaċità kbira matul il-gwerra, fl-età ta’ 31 sena nħatar Viċi Segretarju Ġenerali tal-Lega tan-Nazzjonijiet meta nħolqot fl-1919. Meta miet missieru fl-1923. |
| 42 |
Imkien ma tħossha aktar komda milli fil-kurituri biżantini tal-Ewropa, filwaqt li tfittex l-appoġġ mill-partiti kollha, titbissem hija u tislet kompromess.” Filwaqt li ħadmet bla heda għad-djalogu u l-paċi, Fontaine baqgħet magħrufa għat-tlaqqigħ flimkien. |
| 43 |
Fil-bidu, il-pjanijiet tiegħu sabu xi oppożizzjoni mill-bdiewa u mir-rappreżentanti politiċi tagħhom, li kienu jemmnu bis-sħiħ li dan l-approċċ komuni kien se jhedded l-għajxien tagħhom u li l-azjendi agrikoli kbar biss kienu se jkunu kapaċi jibqgħu jaħdmu. |
| 44 |
Dan issiġilla r-rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi u stabbilixxa bażi soda għar-relazzjonijiet li temmew sekli ta’ rivalità. Il-viżjoni ta’ Adenauer għar-rwol ta’ pajjiżu f’Ewropa magħquda żgurat li l-Ġermanja ssir is-soċjetà libera u demokratika li nafu llum. |
| 45 |
Flimkien max-xogħol tiegħu biex jiġi stabbilit il-Kunsill tal-Ewropa, De Gasperi kiseb ukoll għan ieħor minn tiegħu - li jara li l-Italja terġa’ tikseb rwol ċentrali fix-xena internazzjonali, hekk kif pajjiżu ssieħeb mal-ħames membri fundaturi l-oħra tal-Komunità. |
| 46 |
F’Moska, hija kkritikat bl-aħrax l-azzjonijiet Russi fiċ-Ċeċenja; hija appoġġat bis-sħiħ is-soluzzjoni ta’ żewġ stati fil-Lvant Nofsani u kienet avversarju aħrax tal-politika tal-Prim Ministru Iżraeljan ta’ dak iż-żmien, Ariel Sharon, fir-rigward tal-Palestinjani. |
| 47 |
Il-pijunieri tal-UE huma grupp varjat ta’ persuni, iżda kellhom l-istess ideal: Ewropa paċifika, magħquda u prosperuża. Ħafna minnhom ħadmu biex itemmu l-kunflitt fl-Ewropa wara l-orruri ta’ żewġ gwerer dinjin u biex jippromwovu l-paċi u s-solidarjetà bejn il-popli. |
| 48 |
F’nofs is-snin ħamsin, meta Beyen kien qiegħed jiżviluppa l-proposta tiegħu għal unjoni doganali, huwa fehem id-diffikultà li wieħed jikkonvinċi lill-forzi inċerti f’pajjiżu, in-Netherlands, kif ukoll fil-bqija tal-Ewropa, biex jaċċettaw integrazzjoni Ewropea akbar. |
| 49 |
Fid-9 ta’ Mejju 1950, Robert Schuman, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin ta’ Franza, ippreżenta d-Dikjarazzjoni ta’ Schuman f’isem il-gvern Franċiż. Din id-dikjarazzjoni kienet istigata u mħejjija minn Monnet, u pproponiet li l-produzzjoni kollha Ġermaniża u Franċiża. |
| 50 |
Tkun ta’ benefiċċju massimu għal kulħadd. Fl-1958, Hallstein intgħażel bħala l-ewwel President tal-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea. Huwa ħa l-kariga b’għan wieħed: il-viżjoni ta’ Ewropa magħquda kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni ta’ Schuman tad-9 ta’ Mejju 1950. |
| 51 |
F’Diċembru 2000, iffirmat il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali f’isem il-Parlament Ewropew. Il-ħiliet diplomatiċi tagħha kienu rikonoxxuti b’mod wiesa’. Fl-1999, The Economist iddeskrivietha bħala “bniedma li tfittex il-kunsens, li tibni l-koalizzjoni, rikonċiljatriċi... |
| 52 |
Il-Pijunieri tal-UE. Il-pijunieri li għenu biex tinbena l-Ewropa tal-lum. Minn ġellieda tar-reżistenza u superstiti tal-Olokawst għal politiċi u saħansitra stilla taċ-ċinema, il-mexxejja viżjonarji deskritti f’dan il-ktejjeb ispiraw il-ħolqien tal-Ewropa li ngħixu fiha llum. |
| 53 |
Bħala rikonoxximent tal-kontribut kbir tagħhom fir-relazzjonijiet Franko-Ġermaniżi, fl-1988 irċevew il-Premju Charlemagne, li jingħata għall-ħidma favur l-unifikazzjoni Ewropea. Kohl baqa’ Kanċillier għal 16-il sena, l-itwal mandat ta’ kwalunkwe mexxej Ġermaniż fis-seklu 20. |
| 54 |
Kohl u Mitterrand ħadmu qatigħ biex isaħħu r-relazzjoni ta’ wara l-gwerra bejn Franza u l-Ġermanja, u enfasizzaw l-importanza tal-paċi bejn in-nazzjonijiet tagħhom għall-kisba tal-integrazzjoni Ewropea. Id-dehra taż-żewġ mexxejja id f’id f’ċerimonja fit-22 ta’ Settembru 1984. |
| 55 |
L-Istati Ewropej għandhom jikkostitwixxu lilhom infushom f’federazzjoni ...’ Biż-żieda fit-tensjonijiet internazzjonali wara l-gwerra, Monnet ħass li kien wasal iż-żmien li jittieħdu passi lejn l-unità Ewropea, u hu u t-tim tiegħu bdew jaħdmu fuq il-kunċett ta’ komunità Ewropea. |
| 56 |
Dawn kienu n-numru tat-tpinġija tagħha ta’ Auschwitz, 78651; il-motto tar-Repubblika Franċiża, “Libertà, Ugwaljanza, Fraternità”; u l-motto tal-Unjoni Ewropea, “Magħqudin fid-Diversità”. Hija mietet fl-2017, u fl-2018 il-fdalijiet tagħha ndifnu fil-mawżolew tal-Panthéon f’Pariġi. |
| 57 |
Huwa ġie magħżul għal-linji ta’ quddiem malli faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija, u nqabad fl-1940 u nżamm bħala priġunier tal-gwerra Ġermaniż. Wara li ħarab, ħadem għal xi żmien taħt ir-reġim Franċiż ta’ Vichy qabel ma qaleb għax-xellug u impenja ruħu favur ir-Reżistenza Franċiża. |
| 58 |
Bl-attenzjoni tagħha issa fuq l-Ewropa, Weiss ħarġet b’suċċess għall-elezzjoni għall-Parlament Ewropew fl-1979. Fid-diskors inawgurali tagħha lill-Parlament hija appellat lill-Ewropej kollha biex jingħaqdu abbażi ta’ kultura komuni u mhux biss abbażi ta’ interessi ekonomiċi komuni. |
| 59 |
Il-leġiżlazzjoni, li daħlet fis-seħħ fl-1965, għamlet il-protezzjoni soċjali dritt għal kulħadd. Kienet Ministru tal-Kultura, ir-Rikreazzjoni u l-Ħidma Soċjali bejn l-1966 u l-1971 fil-kabinett tal-Prim Ministru Piet de Jong. Fl-1971, Klompé ngħatat it-titlu ta’ Ministru tal-Istat. |
| 60 |
U ppromovew l-istorja kulturali rikka tal-Ewropa. Mingħajr l-isforzi u l-immaġinazzjoni tagħhom, ma konniex inkunu qegħdin ngħixu fl-isfera ta’ paċi u ta’ stabbiltà li hija l-Ewropa tal-lum. Dawn il-bijografiji qosra huma biss idea żgħira tal-artikli sħaħ disponibbli online hawnhekk. |
| 61 |
Fl-1943, Monnet sar membru tal-Kumitat Franċiż għal-Liberazzjoni Nazzjonali, il-gvern Franċiż f’eżilju de facto fl-Alġier. Kien f’dan iż-żmien li sar espliċitu dwar il-viżjoni tiegħu għal Ewropa magħquda biex tiġi żgurata l-paċi. Waqt laqgħa ta’ dan il-kumitat fil-5 ta’ Awwissu 1943. |
| 62 |
Billi kien preżunt li l-mexxej Żvediż kien qiegħed irawwimha biex tkun is-suċċessur tiegħu kemm bħala kap tal-partit kif ukoll, eventwalment, bħala kap tal-pajjiż. Anna kellha reputazzjoni bħala persuna diretta u kapaċi tkun kritika onesta, speċjalment dwar id-drittijiet tal-bniedem. |
| 63 |
Huwa qatta’ xi żmien il-ħabs u tpoġġa fuq il-listi għad-deportazzjoni, iżda b’xi mod huwa baqa’ ħaj wara l-gwerra. Adenauer beda jieħu passi lejn l-għanijiet tiegħu li jirrikonċilja l-Ġermanja mal-għedewwa preċedenti tagħha, speċjalment ma’ Franza, u li joħloq paċi dejjiema fl-Ewropa. |
| 64 |
Huwa kien wieħed mill-ħafna mexxejja li l-esperjenzi tal-gwerra tiegħu kkonvinċewh li Ewropa magħquda biss setgħet tiggarantixxi l-paċi. Is-sejħa ta’ mobilizzazzjoni tiegħu tal-4 ta’ Ġunju 1940, “Għandna niġġildulhom fuq ix-xtut”, hija waħda mill-aktar dikjarazzjonijiet famużi tiegħu. |
| 65 |
Huwa bena network ma’ priġunieri oħra tal-gwerra u ma’ gruppi armati tar-reżistenza Franċiża qabel ma ħarab lejn Londra. Wara l-gwerra, Mitterrand ikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu fix-xellug billi oppona lil Charles de Gaulle, u eventwalment sar il-mexxej tal-Partit Soċjalista Franċiż. |
| 66 |
Walter Hallstein uża ż-żmien tiegħu bħala l-ewwel President tal-Kummissjoni Ewropea (1958-1967) biex jibni s-suq komuni u jaħdem għal integrazzjoni Ewropea rapida. L-impenn ta’ Hallstein lejn l-unità Ewropea, l-esperjenza u l-għarfien speċjalizzat ispira lill-Kanċillier Konrad Adenauer. |
| 67 |
“Il-futur mhux se jinbena permezz tal-forza, u lanqas b’xi kilba għall-ħakma, iżda bl-applikazzjoni bil-paċenzja tal-metodu demokratiku, bl-ispirtu kostruttiv tal-ftehim, u bir-rispett għal-libertà”, stqarr meta aċċetta l-Premju Charlemagne għal xogħlu f’servizz lejn Ewropa magħquda fl-1952. |
| 68 |
Kohl forsi jibqa’ mfakkar l-aktar għall-impenn tiegħu favur stat Ġermaniż wieħed. Kien l-ewwel Kanċillier li laqa’ lill-Kap tal-Istat tal-Ġermanja tal-Lvant f’livell diplomatiku, u wara l-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin kien determinat li jieħu passi għar-riunifikazzjoni taż-żewġ stati Ġermaniżi. |
| 69 |
Monnet mar lura fil-belt ta’ Cognac fejn kien joqgħod u rnexxielu jerġa’ jagħti l-ħajja lin-negozju tal-familja li kien sejjer lura. Fil-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, Monnet sar president ta’ kumitat Franko-Brittaniku stabbilit sabiex jikkoordina l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni taż-żewġ pajjiżi. |
| 70 |
Sentejn wara, rebħet il-Premju Charlemagne, premju li jingħata biex jonora l-kontribut ta’ persuna għall-unità Ewropea. Wara 14-il sena fil-Parlament Ewropew, Veil irritornat għall-politika Franċiża fl-1993, u serviet bħala Ministru tal-Istat u Ministru tas-Saħħa u l-Affarijiet Soċjali sal-1995. |
| 71 |
Hija kienet imħassba b’mod partikolari dwar is-sitwazzjoni tan-nisa Afgani. Fix-xahar ta’ wara stiednet fil-Parlament Ewropew tliet nisa, li b’mod sigriet kienu ħarbu minn Kabul, biex jagħtu x-xhieda tagħhom. Hija ddeskriviet il-laqgħa bħala fost “l-aktar mumenti kommoventi” tal-Presidenza tagħha. |
| 72 |
Huwa kellu fuq it-30 sena u kien il-viċi sindku ta’ Cologne meta faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija. Minkejja d-diffikultajiet, huwa rnexxielu jżomm il-belt topera kemm għall-popolazzjoni ċivili tagħha kif ukoll għall-militar li użaha bħala bażi ewlenija ta’ provvista u trasport għat-truppi Ġermaniżi. |
| 73 |
Madankollu, diskors ieħor, li xi drabi jiġi injorat huwa d-diskors li għamel Churchill fl-Università ta’ Zurich fl-1946. Fih, huwa ħeġġeġ lill-Ewropej biex jinsew l-orruri tal-imgħoddi u jħarsu lejn il-ġejjieni. Huwa ddikjara li l-ewwel pass biex tinħoloq mill-ġdid il-“familja Ewropea” tal-ġustizzja. |
| 74 |
Fl-1974 hija ssieħbet mal-gvern Franċiż taħt il-President Giscard d’Estaing bħala Ministru għas-Saħħa. Ftit wara l-ħatra tagħha, iġġieldet biex tillegalizza l-abort fi Franza, u rnexxielha biss wara li l-oppożizzjoni fl-assemblea nazzjonali ngħaqdet mal-kawża tagħha biex tiġi approvata l-liġi fl-1975. |
| 75 |
Iż-żewġ parlamenti malajr iffirmaw u rratifikaw trattat fl-1990, li għaqqad lill-Ġermanja mill-ġdid, u b’hekk il-viżjoni ta’ Kohl ta’ Ewropa magħquda saret aktar reali. François Mitterrand, li twieled f’Charente, fi Franza, fl-1916, stabbilixxa l-għeruq politiċi tiegħu bħala sostenitur tal-lemin Franċiż. |
| 76 |
Schuman kien sar attiv fil-politika bejn il-gwerer, fejn beda l-karriera tiegħu fis-servizz pubbliku bħala membru tal-parlament Franċiż għar-reġjun ta’ Moselle. Imwieled bħala ċittadin Ġermaniż fil-Lussemburgu, Schuman sar Franċiż meta, fl-1919, ir-reġjun ta’ Alsace-Lorraine ġie rritornat lura lil Franza. |
| 77 |
Fl-aħħar, wara li ġie aċċettat il-Pjan Beyen, sitt pajjiżi ffirmaw it-Trattati ta’ Ruma f’Marzu 1957 u ħolqu l-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Wieħed jista’ jimmaġina kif l-integrazzjoni Ewropea kienet timxi ’l quddiem kieku ma kienx għar-rwol moqdi minn Willem Beyen. |
| 78 |
Iotti kienet temmen li elezzjoni mill-poplu tagħti lill-Parlament mandat sod biex jaġixxi f’isem iċ-ċittadini. Xogħol ta’ Iotti u tal-kollegi tagħha ġie ppremjat fl-1979, meta saru l-ewwel elezzjonijiet diretti għall-Parlament Ewropew. Hija temmet l-assoċjazzjoni tagħha ta’ 10 snin mal-Parlament ftit wara. |
| 79 |
L-għan ta’ dan il-ktejjeb huwa li jiddokumenta l-impatt tal-kontribut tagħhom fuq il-pedamenti tal-UE. Huma ħadmu għall-paċi u għall-prosperità, u biex jeliminaw l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni. Huma għenu fl-iżvilupp ta’ sistemi li wasslu għal stabbiltà ekonomika u eventwalment għal munita unika. |
| 80 |
Tal-faħam u l-azzar titqiegħed taħt il-kontroll ta’ awtorità għolja waħda. L-idea kienet li jekk il-produzzjoni ta’ dawn ir-riżorsi tinqasam bejn l-aktar żewġ pajjiżi b’saħħithom fl-Ewropa tiġi evitata gwerra oħra. Hekk kif il-gvernijiet tal-Belġju, tal-Ġermanja, tal-Italja, tal-Lussemburgu u tan-Netherlands. |
| 81 |
Unur mogħti fin-Netherlands lil politiċi anzjani ta’ mertu kbir fi tmiem il-karriera tagħhom. Wara li ħalliet il-politika, Klompé kompliet bil-kampanja għall-ġustizzja internazzjonali u r-responsabbiltà soċjali, inkluża l-kritika tar-reġim tal-apartheid fl-Afrika t’Isfel. Klompé kellha fidi Kattolika qawwija. |
| 82 |
Il-punt fokali ta’ din il-konferenza kien memorandum ippreżentat mit-tliet pajjiżi tal-Benelux, inkluż minn Bech bħala r-rappreżentant tal-Lussemburgu. Id-dokument ġabar flimkien il-pjanijiet Franċiżi u Netherlandiżi għal attivitajiet ġodda fl-oqsma tat-trasport u tal-enerġija, speċjalment l-enerġija nukleari. |
| 83 |
Mill-bidu nett tal-karriera parlamentari tagħha fi Franza fejn twieldet, Nicole Fontaine ħadmet għal Ewropa taċ-ċittadini, u ffukat fuq proġetti li kienu jikkonċernaw l-edukazzjoni taż-żgħażagħ u r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki akkademiċi, kif ukoll id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. |
| 84 |
Dan jagħmel il-gwerra “mhux biss xi ħaġa inkonċepibbli, iżda materjalment impossibbli”. F’kooperazzjoni ma’ Jean Monnet huwa fassal il-Pjan ta’ Schuman, li huwa ppubblika fid-9 ta’ Mejju 1950, id-data li llum titqies bħala d-data tat-twelid tal-Unjoni Ewropea u li tiġi ċċelebrata kull sena bħala “Jum l-Ewropa”. |
| 85 |
Il-ħidma ta’ De Gasperi kkontribwiet għall-ħolqien tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, organizzazzjoni li effettivament neħħiet il-kapaċità tan-nazzjonijiet Ewropej li jibdew gwerra kontra xulxin. Fl-1954, l-isforzi tiegħu ġew ippremjati meta huwa nħatar l-ewwel President tal-Assemblea Parlamentari tal-Komunità. |
| 86 |
Hija appoġġat u mexxiet kampanja b’suċċess għall-introduzzjoni ta’ liġijiet dwar id-divorzju u l-abort f’pajjiżha, li kienu prijoritajiet għoljin għall-membri tal-moviment tan-nisa. Kienet ukoll vuċi ta’ medjazzjoni, fejn ħeġġet lil sħabha iżgħar minnha biex ma jinjorawx il-fehmiet tan-nisa Kattoliċi dwar dawk is-suġġetti. |
| 87 |
Ebda proċediment maħruġ minn xi qorti fl-eżerċizzju ċivili tagħha ma għandu jiġi notifikat jew esegwit ġewwa r-reċinti tal-Kamra tad-Deputati waqt li l-Kamra tkun f'seduta jew permezz tal-iSpeaker, l-Iskrivan jew xi uffiċjal tal-Kamra. |
| 88 |
Li jagħmel intervisti u evalwazzjonijiet ta' kandidati għall-karigi fuq imsemmija b'dak il-mod li jidhirlu xieraq u li għal dan il-għan jitlob dik l-informazzjoni mingħand kull awtorità pubblika kif iqis illi jkun raġonevolment meħtieġ. |
| 89 |
Fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilu bl-artikolu 83 ta' din il-Kostituzzjoni (li jirriferixxi għall-qadi tal-funzjonijiet tal-Prim Ministru matul assenza, vaganzi jew mard) fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-proviso li hemm mas-subartikolu. |
| 90 |
Il-membri eletti fil-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja għandhom jiġu eletti skont dawk ir-Regoli li jistgħu jiġu stabbiliti mill-persuna jew awtorità kif imsemmi fis-subartikolu (7) tal-artikolu 46 ta' din il-Kostituzzjoni. |
| 91 |
Persuna ma tkunx kwalifikata li tinħatar jew tkompli żżomm il-kariga ta' membru tal-Kumitat jekk tkun Ministru, Segretarju Parlamentari, Membru tal-Kamra tad-Deputati, membru ta' gvern lokali jew uffiċjal jew kandidat ta' partit politiku. |
| 92 |
Il-Parlament jista' b'liġi jirregola l-proċedura għall-preżentata ta' indirizz u għall-investigazzjoni u prova dwar l-inkapaċità jew imġieba ħażina ta' mħallef tal-Qrati Superjuri skont id-disposizzjonijiet tal-aħħar subartikolu qabel dan. |
| 93 |
Is-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu ma għandux jgħodd għal xi ħaġa li tkun espressament jew b'implikazzjoni meħtieġa awtorizzata li ssir minn xi disposizzjoni bħal dik ta' liġi kif huwa msemmi fis-subartikolu (4) jew (5) ta' dan l-artikolu. |
| 94 |
Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), tal-paragrafi (a) u (ċ) tas-subartikolu (3), tas-subartikolu (4), tal-paragrafu (b) tas-subartikolu (6) u tas-subartikolu (7) ta' dan l-artikolu għandhom ikunu japplikaw għad-Deputat Awditur Ġenerali. |
| 95 |
Kull persuna li tallega li tkun saret jew ingħatat bi ħsara għaliha xi distinzjoni, esklużjoni jew preferenza kif intqal qabel tista' titlob lill-Kummissjoni dwar l-Impiegi, b'dak il-mod u f'dak iż-żmien li jista' jiġi preskritt, għar-rimedju. |
| 96 |
Iżda meta persuna li ma tkunx membru tal-Kamra tad-Deputati tiġi eletta bħala Speaker tal-Kamra tad-Deputati, dik il-persuna ma għandhiex titqies li tkun membru tal-Kamra għall-għan li tiġi stabbilita l-maġġoranza meħtieġa b'dan is-subartikolu. |
| 97 |
Jagħmlu stqarrija fil-Kamra tad-Deputati dwar dik id-deċiżjoni li fiha jispjegaw ir-raġunijiet li fuqhom kienet ibbażata sa mhux aktar tard mit-tieni seduta tal-Kamra li ssir wara li jkun ingħata l-parir lill-President skont is-subartikolu (1). |
| 98 |
Jekk id-detentur tal-kariga jitneħħa mill-kariga b'Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati minħabba inkapaċità li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu (kemm jekk minħabba mard mentali jew korporali jew għal xi raġuni oħra) jew għal imġieba ħażina. |
| 99 |
Jekk jidhirlu li l-ksur hu ta' natura serja jista' jissospendi l-imħallef jew il-maġistrat milli jeżerċita d-dmirijiet tiegħu għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur waqt li jitħallas nofs is-salarju u l-allowances kif riċevuti f'dak iż-żmien. |
| 100 |
Il-Ministru responsabbli għall-finanzi għandu jara li tiġi preparata u mqegħda quddiem il-Kamra tad-Deputati qabel, jew mhux aktar tard minn tletin ġurnata wara, il-bidu ta' kull sena finanzjarja estimi tad-dħul u ħruġ ta' Malta għal dik is-sena. |
| 101 |
Bla hsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) ta' dan l-artikolu l-Awditur Ġenerali għandu jibqa' fil-kariga għal perijodu ta' ħames snin mid-data tal-ħatra tiegħu u jkun eliġibbli li jerġa' jinħatar għal perijodu wieħed ieħor ta' ħames snin. |
| 102 |
Ebda ħaġa fis-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu ma għandha tolqot xi diskrezzjoni dwar l-egħmil, tmexxija jew nuqqas ta' tkomplija ta' proċeduri ċivili jew kriminali f'xi qorti li jkollha xi persuna bi jew skont din il-Kostituzzjoni jew xi liġi oħra. |
| 103 |
Bla ħsara għall-ġeneralità tas-subartikolu (1) u suġġetti għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (3), (4) u (5) ta' dan l-artikolu, il-Parlament jista' b'liġi jistabbilixxi l-privileġġi, immunitajiet u setgħat tal-Kamra tad-Deputati u l-membri tagħha. |
| 104 |
Meta jsir xi avvanz skont is-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu għandu jiġi preżentat estimu supplementari u għandu jiġi mressaq kemm jista' jkun malajr abbozz ta' liġi ta' approprjazzjoni supplementari sabiex jiġi mqiegħed lura l-ammont hekk avvanzat. |
| 105 |
Il-Parlament jista' minn żmien għal żmien jipprovdi permezz ta' liġi dwar il-mod kif jiġu allokati flejjes lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u dwar il-mod kif il-kontijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jiġu verifikati u jsir rapport dwarhom. |
| 106 |
Li tissorvelja l-ħidma tal-qrati superjuri u inferjuri kollha u li tagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-Ministru responsabbli għall-ġustizzja dwar ir-rimedji li fil-fehma tagħha jistgħu jwasslu għal ħidma aktar effiċjenti ta' dawk il-qrati. |
| 107 |
L-imsemmi Ministru għandu jibgħat dak ir-rapport miktub u tagħrif (jekk ikun hemm) lill-Kabinett, u l-Kabinett għandu jagħti parir lill-President jekk għandux jagħti lill-ħati maħfra jew sospensjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilu b'dan l-artikolu. |
| 108 |
Ikun illegali li twaqqaf, iżżomm jew tagħmel parti minn xi assoċjazzjoni ta' persuni li jkunu organizzati u mħarrġa jew organizzati u mgħammra sabiex ikunu jistgħu jiġu wżati għall-użu jew wiri ta' forza fiżika fit-tmexxija 'l quddiem ta' xi skop politiku. |
| 109 |
Meta persuna jkollha dritt teżerċita għażla dwar liema minn żewġ liġijiet jew iżjed għandha tapplika għall-każ tagħha, il-liġi li hija tagħżel għandha, għall-finijiet ta' dan l-artikolu, titqies li tkun aktar favorevoli għaliha mil-liġi jew liġijiet l-oħra. |
| 110 |
Riferenzi f'din il-Kostituzzjoni għas-setgħa ta' tneħħija ta' uffiċjal pubbliku mill-kariga tiegħu għandhom jiftehmu bħala li jinkludu riferenzi għal kull setgħa mogħtija b'xi liġi li teħtieġ jew tippermetti lil dak l-uffiċjal li jirtira mis-servizz pubbliku. |
| 111 |
Kull riferenza f'din il-Kostituzzjoni għal liġi magħmula qabel ma tibda sseħħ din il-Kostituzzjoni għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort'oħra, tiftiehem bħala riferenza għal dik il-liġi kif tkun isseħħ minnufih qabel il-ġurnata stabbilita. |
| 112 |
Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (6) u (7) tal-artikolu 46 ta' din il-Kostituzzjoni għandhom jgħoddu għall-Qorti Kostituzzjonali u għal dak l-iskop riferenzi għal dak l-artikolu fl-imsemmija subartikoli għandhom jiftehmu bħala riferenzi għal dan l-artikolu. |
| 113 |
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' dan l-artikolu, il-Parlament jista' jibdel kull waħda mid-disposizzjonijiet ta' din il-Kostituzzjoni u (safejn tagħmel parti mil-liġi ta' Malta) kull waħda mid-disposizzjonijiet tal-Att tal-1964 dwar l-Indipendenza ta' Malta. |
| 114 |
It-tarznari tar-Repubblika ta' Malta jintużaw għal skopijiet kummerċjali ċivili, iżda jistgħu wkoll jintużaw, f'limiti raġonevoli ta' żmien u għadd, għat-tiswija ta' bastimenti militari li jkunu tpoġġew f'qagħda li ma jistgħux jiġġieldu jew għall-bini ta' vapuri. |
| 115 |
Tkun il-funzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Impiegi li tiżgura li, dwar l-impiegi, ebda distinzjoni, esklużjoni jew preferenza li ma tkunx ġustifikabbli f'soċjetà demokratika ma għandha ssir jew tingħata favur jew kontra xi persuna minħabba l-opinjoni politika tagħha. |
| 116 |
Iżda l-funzjonijiet tas-Segretarju Permanenti Ewlieni flimkien ma' kull ħaġa oħra anċillari jew inċidentali jew li titqies meħtieġa jew spedjenti għat-twettiq tal-funzjonijiet tas-Segretarju Permanenti Ewlieni għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' Att tal-Parlament. |
| 117 |
Waħda mill-Qrati Superjuri, magħmula minn tlieta mill-imħallfin li jkunu jistgħu, skont xi liġi li għal dak iż-żmien tkun isseħħ f'Malta, joqgħodu fil-Qorti tal-Appell, għandha tkun magħrufa bħala l-Qorti Kostituzzjonali u jkollha ġurisdizzjoni li tisma' u tiddeċidi. |
| 118 |
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (6), (7) u (8) ta' dan l-artikolu, ħadd ma għandu jiġi trattat b'mod diskriminatorju minn xi persuna li taġixxi bis-saħħa ta' xi liġi miktuba jew fil-qadi tal-funzjonijiet ta' xi kariga pubblika jew xi awtorità pubblika. |
| 119 |
Riferenzi għal-liġi applikabbli għal xi benefiċċji li għalihom dan l-artikolu jgħodd jinkludu (mingħajr ħsara għall-ġeneralità tagħhom) riferenzi għal kull liġi dwar iż-żmien li fih u l-mod li bih xi persuna tista' tirtira sabiex tkun eliġibbli għal dawk il-benefiċċji. |
| 120 |
Il-Parlament għandu jipprovdi biex jingħataw lill-Kummissjoni dwar l-Impiegi dawk is-setgħat li jkunu meħtieġa jew mixtieqa sabiex il-Kummissjoni tkun tista' effikaċement tagħti rimedju xieraq u b'mod ġenerali biex taqdi l-funzjonijiet tagħha taħt din il-Kostituzzjoni. |
| 121 |
Ebda ħaġa f'dan is-subartikolu ma għandha tiftiehem bħala li tagħti lil xi persuna jew awtorità setgħa li teħtieġ xi persuna li jkollha xi waħda mill-karigi msemmija fl-artikoli 91, 95(6), 100 jew 108(1) jew (9) ta' din il-Kostituzzjoni li tirtira mis-servizz pubbliku. |
| 122 |
Ebda ħaġa li tinsab fi, jew magħmula taħt l-awtorità ta', xi liġi ma għandha titqies li tkun inkonsistenti ma', jew bi ksur ta', dan l-artikolu safejn dik il-liġi tagħmel provvediment li bih xi benefiċċji li għalihom igħodd dan l-artikolu jistgħu jitnaqqsu jew jinżammu. |
| 123 |
Għandu jitħalla jiddefendi ruħu personalment jew permezz ta' rappreżentant legali u min ma jkunx jista' jħallas għal rappreżentanza legali hekk kif tkun meħtieġa raġonevolment miċ-ċirkostanzi tal-każ tiegħu jkollu dritt li jkollu dik ir-rappreżentanza bi spejjeż pubbliċi. |
| 124 |
Iżda jekk interpretu jkun meħtieġ u ma jkunx disponibbli malajr jew jekk ikun xort'oħra imprattikabbli li jiġu mħarsa d-disposizzjonijiet ta' dan is-subartikolu fil-ħin tal-arrest jew detenzjoni tiegħu, dawn id-disposizzjonijiet għandhom jiġu mħarsa kemm jista' jkun malajr. |
| 125 |
Żewġ kundanni jew aktar li jkunu meħtieġa li jiġu skuntati konsekuttivament għandhom jitqiesu bħala kundanni separati jekk ebda waħda minnhom ma tkun għal iżjed minn tnax-il xahar, iżda jekk waħda minnhom tkun iżjed minn dak it-terminu għandhom jitqiesu bħala kundanna waħda. |
| 126 |
Għandu jkun hemm Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura, hawn iżjed 'il quddiem f'dan l-artikolu msejjaħ "il-Kumitat", li għandu jkun sottokumitat tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-ġustizzja mwaqqfa bl-artikolu 101A ta' din il-Kostituzzjoni u li jkun magħmul kif ġej. |
| 127 |
Dwar kwalifiki (li ma jkunux kwalifiki li jirrigwardaw is-sess, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru speċifikament) għal servizz bħala uffiċjal pubbliku jew għas-servizz ta' awtorità ta' gvern lokali jew għaqda korporata mwaqqfa għal skopijiet pubbliċi b'xi liġi. |
| 128 |
Għall-finijiet ta' dan is-subartikolu "appell" tfisser, fil-każ ta' ordni minn qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja għall-interdizzjoni jew inabilitazzjoni ta' membru tal-Kamra tad-Deputati, it-teħid ta' xi azzjoni għar-reviżjoni ta' dak l-ordni quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili. |
| 129 |
Li jżomm reġistru permanenti tal-espressjonijiet ta' interess imsemmija fil-paragrafu (a) u tal-atti relattivi għalihom, liema reġistru għandu jinżamm sigriet u għandu jkun aċċessibbli biss għall-membri tal-Kumitat, għall-Prim Ministru u għall-Ministru responsabbli għall-ġustizzja. |
| 130 |
L-Awditur Ġenerali ma jibdiex iwettaq id-dmirijiet tal-kariga tiegħu qabel ma jieħu u jiffirma quddiem il-President il-ġurament ta' lealtà u dak il-ġurament li jirrigwarda l-eżekuzzjoni sew tal-kariga tiegħu hekk kif jista' jiġi preskritt b'liġi li f'dak iż-żmien tkun isseħħ f'Malta. |
| 131 |
Żewġ membri maħturin għal żmien erba' snin, wieħed mill-Prim Ministru u l-ieħor mill-Kap tal-Oppożizzjoni li f'kull każ ikunu persuna li mill-inqas ikollha l-età ta' ħamsa u erbgħin sena, u li tkun tgawdi r-rispett ġenerali tal-pubbliku u tkun magħrufa għall-integrità u onestà tagħha. |
| 132 |
Xi membru tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku jew xi uffiċjal pubbliku jew awtorità oħra tkunx qdiet validament xi funzjoni oħra dwar ix-xogħol tal-Kummissjoni jew dwar xi funzjoni bħal dik kif hija msemmija fil-paragrafu ta' qabel dan, ma għandhiex tiġi eżaminata minn ebda qorti. |
| 133 |
Jista' jkollha setgħa jew tkun meħtieġa b'liġi li tagħmel hekk fl-interess tad-difiża, sigurtà pubblika, ordni pubbliku, moralità jew deċenza pubblika, il-ġid ta' persuni taħt l-età ta' tmintax-il sena jew il-protezzjoni tal-ħajja privata ta' persuni li jkollhom x'jaqsmu mal-proċeduri. |
| 134 |
Meta liġi jkun ġie mogħti l-kunsens għaliha mill-President din għandha bla dewmien tiġi pubblikata fil-Gazzetta u ma għandhiex tibda sseħħ sakemm ma tkunx hekk pubblikata, iżda l-Parlament jista' jipposponi l-bidu fis-seħħ ta' xi liġi bħal dik u jista' jagħmel liġijiet b'effett retroattiv. |
| 135 |
Ikun taħt kundanna ta' mewt imposta fuqu minn xi qorti f'Malta jew ikun qed jiskonta kundanna ta' priġunerija (tkun kif tkun imsejħa) ta' iżjed minn tnax il-xahar imposta fuqu minn qorti bħal dik jew sostitwita minn awtorità kompetenti għal xi kundanna oħra imposta fuqu minn qorti bħal dik. |
| 136 |
Jekk l-iSpeaker jew Deputy Speaker jirreżumi l-qadi tal-funzjonijiet tiegħu bħala membru tal-Kamra, skont id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) tal-artikolu 55 ta' din il-Kostituzzjoni, huwa għandu jirreżumi wkoll il-qadi tal-funzjonijiet tiegħu ta' Speaker jew Deputy Speaker, skont il-każ. |
| 137 |
Membru tal-Awtorità dwar ix-Xandir jista' jitneħħa mill-kariga mill-President, li jaġixxi skont il-parir tal-Prim Ministru, iżda jista' jitneħħa biss għal inkapaċità li jaqdi d-dmirijiet tal-kariga tiegħu (sew minħabba mard mentali jew korporali jew għal xi raġuni oħra) jew għal imġieba ħażina. |
| 138 |
Imħallef tal-Qrati Superjuri jew maġistrat tal-qrati inferjuri ma għandux jidħol għad-dmirijiet tal-kariga tiegħu sakemm ma jkunx ħa u iffirma l-ġurament ta' lealtà u dak il-ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga tiegħu kif jista' jkun preskritt b'xi liġi li għal dak iż-żmien tkun isseħħ f'Malta. |
| 139 |
Iżda ebda ħaġa f'dan il-paragrafu ma għandha tiftiehem li timpedixxi l-pubblikazzjoni ta' xi reġistru elettorali jew xi ħtieġa oħra li għandha x'taqsam mar-reġistrazzjoni ta' eletturi milli jiġu esegwiti skont it-tibdil, taħt xi liġi li għal dak iż-żmien tkun isseħħ f'Malta, qabel dak ix-xoljiment. |
| 140 |
Għall-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' moviment ta' xi ċittadin ta' Malta li ma jkunx ċittadin bis-saħħa tal-artikolu 3(1) jew tal-artikolu 5(1) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija kif ikun fis-seħħ malbidu fis-seħħ tal-Att tal-2000 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija. |
| 141 |
Ma jistgħu jittieħdu ebda proċeduri ċivili jew kriminali kontra xi membru tal-Kamra tad-Deputati għal kliem li jkunu ntqalu quddiem, jew miktuba f'rapport lil, il-Kamra jew kumitat tagħha jew minħabba xi kwistjoni jew ħaġa miġjuba hemm minnu b'petizzjoni, abbozz, riżoluzzjoni, mozzjoni jew xort'oħra. |
| 142 |
Meta mitlub mill-Prim Ministru, li jagħti parir dwar l-eliġibilità u l-mertu ta' persuni li diġà jkunu jokkupaw il-kariga ta' Avukat Ġenerali, Awditur Ġenerali, Kummissarju għall-Investigazzjonijiet Amministrattivi (Ombudsman) jew ta' maġistrat tal-Qrati Inferjuri biex jinħatru f'kariga fil-ġudikatura; |
| 143 |
Kull kwistjoni mressqa għal deċiżjoni f'xi laqgħa ta' xi Kummissjoni mwaqqfa b'din il-Kostituzzjoni għandha tiġi deċiża b'maġġoranza tal-voti tal-membri kollha tagħha, u jekk fuq xi kwistjoni bħal dik il-voti jkunu maqsuma ndaqs il-membru li jkun jippresjedi għandu jkollu u għandu jeżerċita vot deċiżiv. |
| 144 |
Meta l-Awditur Ġenerali jkun inħatar minn fost uffiċjali pubbliċi u meta tintemm il-ħatra jkun ta' età iżgħar mill-età ta' irtirar fis-servizz pubbliku, il-persuna li tkun ġiet hekk maħtura għandha terġa' lura fis-servizz pubbliku u tkompli tgawdi l-istess salarju u allowances imsemmija fis-subartikolu. |
| 145 |
Meta persuna timla' vakanza maħluqa minn membru tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li ma jibqax membru għal xi raġuni, ħlief dik tal-iskadenza tal-perjodu tal-kariga tiegħu, dik il-persuna għandha tokkupa l-kariga għaż-żmien mhux skadut tal-kariga ta' dak il-membru li jkun issostitwixxa. |
| 146 |
Jekk il-Kamra tad-Deputati tgħaddi riżoluzzjoni, li jkollha voti favur tagħha ta' maġġoranza tal-membri kollha tagħha, li ma għandhiex fiduċja fil-Gvern, u l-Prim Ministru fi żmien tliet ijiem la ma jirriżenja mill-kariga tiegħu u l-anqas jagħti parir għal xoljiment, il-President jista' jxolji l-Parlament. |
| 147 |
Għandu jkun hemm appell lill-Prim Ministru, li jaġixxi skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, minn kull deċiżjoni ta' uffiċjal pubbliku jew awtorità għat-tneħħija ta' xi persuna minn kariga uffiċjali b'eżerċizzju ta' setgħa delegata skont is-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu:. |
| 148 |
Iżda l-Prim Ministru jista’ jaħtar persuna differenti biex taġixxi bħala Segretarju għall-Kabinett, u f'dan il-każ is-Segretarju għall-Kabinett għandu jinħatar bl-istess mod bħal Segretarju Permanenti minn fost persuni li jkollhom il-kwalifiki biex jiġu hekk maħtura skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 92. |
| 149 |
L-ilsien Malti u l-ilsien Ingliż u dawk l-ilsna l-oħra li jistgħu jiġu preskritti mill-Parlament (b'liġi mgħoddija b'mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri kollha tal-Kamra tad-Deputati) ikunu l-ilsna uffiċjali ta' Malta u l-Amministrazzjoni tista' għall-finijiet kollha uffiċjali tuża kull wieħed minn dawk l-ilsna:. |
| 150 |
Iżda meta minħabba f'li persuna tkun għamja ma tkunx tista' timmarka l-karta tal-vot tagħha, jista' jiġi provdut b'liġi li jekk dik il-persuna hekk titlob din tkun tista' tingħata mezz adegwat u speċjali li permezz tiegħu hija tkun tista' timmarka l-karta tal-vot tagħha weħidha u mingħajr il-ħtieġa ta' ebda għajnuna. |
Комментарии