X
Пользователь приглашает вас присоединиться к открытой игре игре с друзьями .
[{{mminutes}}:{{sseconds}}] Ожидаем начала...    
Лингва: мальтийский – 1000
(0)       Используют 3 человека

Комментарии

Ни одного комментария.
Написать тут
Описание:
Тексты длиной 1000-1100.
Автор:
Велимира
Создан:
20 октября 2020 в 20:25 (текущая версия от 20 октября 2020 в 21:20)
Публичный:
Нет
Тип словаря:
Тексты
Цельные тексты, разделяемые пустой строкой (единственный текст на словарь также допускается).
Информация:
Словарь для себя. База будет пополняться в зависимости от частоты моей игры. Играю каждый раз новый для себя текст, поэтому на момент моего набора онлайн в базе есть лишь один текст. Предпочитаю новизну, а не занудное повторение, посему и перешла на такой подход.
Содержание:
1 Dan joħroġ xi ftit jew wisq fid-dieher f'kull ġabra ta' poeżiji li ppubblikajt s'issa. Madankollu Bugeja żied jgħid illi f'din id-darba, issa iktar minn qatt qabel, qiegħed ukoll tistħarreġ is-siwi tal-vjaġġ innifsu. Fid-daħla tagħha Prof. Simone Galea tistaqsi jekk il-vjaġġ, fl-aħħar mill-aħħar, huwiex ħarba mhux f'lokha li kapaċi ġġib iżjed deni milli ġid. Tfakkarna wkoll illi bosta ħassieba, fosthom ċerti Stojċi, kienu xettiċi dwar x'fejda qatt jista' jkollu l-vjaġġ. F'dar-rigward nemmen illi dawn tawna, bħas-soltu, bosta pariri għaqlija. Ngħiduha kif inhi: għalxejn iġġorr lejn bnadi oħra kemm-il darba miegħek ġġorr ukoll l-istess ras. Biss, is-soluzzjoni tal-fejda tal-vjaġġ – jekk mhux ukoll tal-assoluzzjoni b'riħet it-tluq – baqgħet tippersisti bis-sħiħ fl-immaġinarju ta' ħafna kittieba. "Il-vera ħajja tinstab band'oħra", kien qalilna Rimbaud. Għandi nifhem illi dawn il-vjaġġi tiegħek telqu mill-beraħ tal-inċertezza bit-tama li forsi ssib – fil-kenn ta' xi mkien ieħor – l-għeluq taċ-ċertezza.
2 Ma ninsewx ukoll illi d-daħk u t-traġedja huma perspettivi differenti tal-istess avveniment! Dan kollu għalija jorbot ħafna mal-ħsieb xellugi li fuqu tant ktibt tul il-karriera tiegħi. Rigward iż-żewġ intellettwali li semmejt int, almenu fil-fehma umli tiegħi, għandna mmorru lil hinn mill-fehma tat-tnejn li huma. Din mhix kwistjoni ta' fehma waħda jew oħra. Id-dijalettika tmur lil hinn minn dawn il-fehmiet imwaħħla fil-konkrit tal-pożitiviżmu u anke tal-ħsieb liberali klassiku. Jidhirli li dan tal-aħħar baqa' jirriproduċi aspetti kolonjali sal-lum stess. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħek nixtieq ngħid illi ma naħsibx illi l-poeżija u l-filosofija huma sewwasew l-istess ħaġa. Għalija l-filosofija hija l-poeżiji flimkien mal-kritika letterarja. L-esperjenzi tal-vjaġġi fil-ħsus u fil-ħsibijiet tal-poeżija jistgħu joffru okkażjoni ta' riflessjoni dwar kuntesti partikulari, sintendi dejjem skont kif ġarrabthom jien. Jien ippruvajt nikteb b'mod li noħloq xi forma ta' djalogu mal-qarrejja.
3 Ħassejtha tifgani. Ix-xorti tagħtni li rnexxieli nemigra lejn il-Kanada. Iżda ma rridx immut hemmhekk għax m'għandi ebda rabta ma' dak il-pajjiż. Tajjeb jew ħażin, jiena Malti bqajt! Fil-kummenti tiegħu dwar din il-ġabra, Adrian Grima ddeskriviek bħala "l-bniedem li fassal l-eżilju tiegħu u donnu kullimkien ifittex ħjiel ta' dar li tilqgħu". Tassew osservazzjoni f'waqtha. Jekk dan huwa tassew minnu, għaldaqstant għandna għax naħsbu li f'kulma nagħmlu u kull fejn immorru dejjem infittxu – għad illi żgur mhux dejjem biss – lilna nfusna. Allura għandu mnejn ukoll li l-vjaġġattur li jdur id-dinja, bħalma għamilt int f'Imkien għall-Kenn, minbarra lilu nnifsu fl-aħħar mill-aħħar ma jkun qiegħed ifittex xejn iktar u mkien iżjed għajr daru. Lura għad-diskors tagħna: iżjed minn hekk – aktarx ukoll sforz l-inċertezza u f'ġieħ it-tama – minn dit-tiftixa ma nieqfu qatt, u mbagħad, kif jgħid T.S. Eliot, fi tmiem it-tiftixa nerġgħu nsibu ruħna fil-punt tat-tluq u nsiru nafuh għall-ewwel darba. Fis-sew, qatt sibt xi mkien għall-kenn?
4 Il-kenn jew in-nuqqas tiegħu jiddependi mill-kuntest u mir-relazzjoni li jkollna miegħu kif ukoll minn dak illi nkunu għaddejjin minnu. M'hemmx xi ngħidu, il-kuntest u r-relazzjonijiet jistgħu jinbidlu maż-żmien. Nieħu l-eżempju tiegħi stess. Tlaqt minn Malta għax ma sibtx il-kenn li xtaqt. Issa Malta nbidlet u jien xejn inqas. Ir-relazzjoni tiegħi ma' Malta m'għadhiex l-istess lanqas. Illum ta' sitta u sittin sena għandi rapport iktar pożittiv. Dan ma jfissirx illi sibt il-kenn ideali. Biss f'ċertu sens Malta llum toffrili aktar kenn mill-Kanada. Mill-banda l-oħra forsi ftit xhur oħra nħossni mod ieħor. Wisq nemmen illi dan il-proċess ma jieqaf qatt. Dan mhux proċess ta' tiftixa għall-kenn ideali u perfett. Mill-perspettiva tagħna l-bnedmin kenn bħal dan ma jeżistix. Dak il-lejl ferm mistenni mhu ser jasal qatt, iżda jaqbel li nibqgħu nixxenquh u nittamawh. Hu x'inhu, anke kieku stess għandi żball: li qatt kellu jasal dak il-lejl ma nimmaġinax illi tassew ikun l-istess kenn illi nkun tlaqna minnu mill-bidu nett.

Связаться
Выделить
Выделите фрагменты страницы, относящиеся к вашему сообщению
Скрыть сведения
Скрыть всю личную информацию
Отмена